Ir-Rappreżentanta Permanenti tħabbar kontribuzzjoni volontarja minn Malta għall-Programm COVID-19 tal-IAEA
Malta u l-IAEA ġeddew ir-relazzjoni eċċellenti tagħhom wara li l-.E.T Natasha Meli Daudey, ir-Rappreżentanta Permanenti ta' Malta għall-Organizzazzjonijiet Internazzjonali ta' Vjenna ltaqgħet mad-Direttur Ġenerali tal-IAEA, Rafael Mariano Grossi fl-uffiċċini tal-IAEA fi Vjenna.
Matul il-laqgħa, l-Ambaxxatriċi Meli Daudey enfasizzat l-importanza tal-Aġenzija fil-ħidma tagħha, speċjalment fl-aħħar ftit xhur, fejn 121 Stat Membru ġew megħjuna, fil-ġlieda tagħhom kontra COVID-19.